HOME

DUN MICHAEL BELLIZZI

 

 

 

 

IL-PARROĊĊA


 

  Ħinijiet tal-Uffiċċju Parrokkjali

 

  Pjan Pastorali tal-Parroċċa għas-snin 2005-2006

  Pjan Pastorali tal-Parroċċa għas-snin 2009 - 2011

  Pjan Pastorali tal-Parroċċa għas-snin 2012 - 2014

  Storja tal-Parroċċa

 

IL-KAPPILLAN DUN MICHAEL BELLIZZI


.

Dun Michael Bellizzi twieled fl-4 ta’ Novembru 1970. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja u sekondarja tiegħu fil-Kulleġġ De La Salle, u l-edukazzjoni post-sekondarja fin-New Lyceum (Junior College). Huwa kompla l-istudju terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta.

Dun Michael ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1997. Huwa beda l-ħidma pastorali tiegħu fil-parroċċa tal-Qrendi, u wara bħala viċi-kappillan fil-parroċċi ta’ Wied il-Għajn u Raħal Ġdid (Kristu Re). Tul dawn is-snin kien ukoll direttur spiritwali f’diversi skejjel sekondarji (Carlo Diacono, Żejtun; Margaret Mortimer, S. Luċija; F.X. Attard, Marsa).

Fr Michael serva ukoll bħala Assistent Ekkleżjastiku għaż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (Z.A.K.) u (maħtur minn Monsinjur Arċisqof Ġużeppi Mercieca) għal dawn l-aħħar għaxar snin kien id-direttur taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju.

Dun Michael ġie maħtur bħala kappillan tal-Parroċċa ta' Ħal Tarxien, mill-Arċisqof Pawl Cremona, nhar l-għada ta' Santa Marija, 2014.